Il-Blog tal-Fre

Saturday, June 03, 2006

Ghanja ta' L-iXtruppaw

Qomt ma niflahx sew. Grizmejja imnejjkin sew, u anki deni telghali- imma xorta ghadu kollox car go mohhi. Il-bierah kienet gurnata kbira fil-history tax-xena underground ta' Malta. U ma nahsibx li qed nesagera. Kien il-jum tal-launching ta' "Ic-CD ta' L-iXtruppaw".

Ma ridtx nemmen kif wasalna hemm. Konna jien, hija u Kate u ovvjament ma stajniex nsibu parking ghax l-area tal-Parking tal-Luxol kienet mehudha ghall-ostra kuncert ta' Sting li ha jsir dalwaqt. Mur ejdilhom li vicin fejn kien ha jdoqq Sting, dak in-nhar kien se jkun hemm gig tal-Madonna maghmul minn-Maltin, DIY, minghajr hafna bullshit u hafna izjed li jirrifletti ir-realta lokali. Ir-realta' tat-triq nghidilha jien, mhux realta' tal-Bay Radio jew ta' l-MTV.

Balla nies. Imma hafna. Kien hemm il-kju barra u kif fl-ahhar dhalna il-Luxol Bar kien mifqugh. Imma mifqugh ta!. Kienu ghadhom kif bdew il-BNI li nammetti ma tantx kelli mohh nismaghhom ghax kelli balla panic fuqi peress li d-Dripht konna se ndoqqu dalwaqt. Biex tasal sal-bar u ggib bicca drink trid taghmel weghda lir-Redentur. Rajt lil Patrick u l-Marvin imma bil-kemm kellimthom. NIESSSSSS, kulhadd jaghffeg fuq xulxin, u rassa inkredibbli. Nofs il-birra li kelli f'idi hlejtu bl-iskossi tan-nies jahbtu go fija. Imbghad intfajt wara Kate, peress li kellha il-kuragg toffendi lil kulhadd u tixher b dahka fuq wiccha u n-nies bdew jersqulha. Ghaddast rasi l-isfel u bdejt miexi warajha....

Insomma mhiniex se noqghod nitkellem fuq id-Dripht. Naf li hadna buzz tal-ostra indoqqu. Is-shana kienet tremenda, u d-dawl go wiccna kompla dahhalna fl-atmosfera. In-nies kienu inkredibbli. Nicky bhas-soltu kien se jmut. Kien hemm energija inspjegabbli, allinqas sa fejn bdejt nara u nisma' jien. Kollox u kulhadd kien jidher vera "into it...".

Insomma wara li spiccajna, l-iXtruppaw damu seklu biex jibdew. In-nies kompliet tizdied u r-rassa kienet insapportabbli. Shaaaannna, gharaq, ghajjat, rassa. Hrigt naqra barra ghall-arja. Kif izzobb setghu jidhlu dawk in-nies kollha hemm gew? In-nies l-iktar li impressjonawni. Kien hemm minn kollox. Hbieb ta' l-iXtruppaw, punks, rockers, bikers, nies 'straight', nies li gew ghall-kurzita', tfal, DJ's tar-radios, xjuh! (vera rajt xi zewgt ixjuh ihufu!), u kulhadd jaghffeeg go xulxin.

Biex ma ntawwalx. L-iXtruppaw taw show ta' kristu. Irnexxielhom jaghtu package shih. Lyrics jigdmu u u tad-dahk fl-istess hin, melodiji kbar, image u props u gimmicks on stage - 10 minn 10. Nies imutu fil-pit. Imma hafna nies. Il-Butler u c-Ciz f'telfa totali. Iz-Zghiru kien hara m'Alla, jiehu r-rittratti bil-kamera li xtratlu simona ghall-birthday qisu qatt ma qabad kamera. Birra ittir ma' kullimkien. Harist lejn il-gnub tas-sala u nara erba' zaghzagh imcappsin mal-hitan li taqtaghhom li posthom is-Sibt filghaxija huwa go l-Axis jew il-Havana u mhux il-gig ta' l-iXtruppaw...halqghom miftugh u ccassati. Bdejt nipprova nimmagina x'hinu ghaddej minn go mohhom. X'qed jigri? X'izzob qed ikantaw dawn? Dak id-dawl idur maghhom, u l-hwejjeg li kienu libsin nimmagina li kissrulhom il-wires ta' mohhom. Lyrics hamalli imma jintqalu b'mod li verament ma jistghux jaghmlu izjed sens jekk tghidhom b'mod iehor.

Mhux bin-nejk, l-iXtruppaw irnexxilhom jaqbdu l-dawn in-nies kollha u jcappsulhom dil-verita' ma wicchom. Il-verita li f'Malta hawn bands li ghandhom livell gholi ta' muzika u li jistghu vera jipproducu xi haga sura. Mhux bands jew artisti tal-"Eurovision" b-lirika falza ta mhabba u romanticizmu cheap. Imma bands bil-bajd li lesti jkunu brutalment onesti, tad-dahk, u li jtuk siegha buzz ta' vera.

Ezempju:

Bicca mid-diska "Maltin gewwa l-Awstralja"

"Izda jiena art twelidi, m'jiena ser nitilqek qatt
Anzi nhallik tahra f'idi, imbghad nieklu minn gol-platt
Malti bhali, Malti veru, Malti hadd"

Kellu bzonn dawk tal-Viva Malta u l-ANR ghandhom nitfa, imqar nitfa minn dan l-umorizmu li-iXtruppaw ghandhom bir-rimi'. Ghax ejja nghiduha kif inhi. L-iXtruppaw u ahna l-"imgandrin" u tal-"Generazzjoni tal-Meqrudin" ma nhubbux lil Malta inqas minn kemm ihobuha tal-Viva Malta u Norman Lowell. M'ahniex tradituri kif ihobbu jghidu. Imma nsomma, ejja ma ndawwrux is-suggett.

Xtruppaw thanks talli tajtuna c-cans inkun parti mill-gurnata kbira tal-bierah. Verament napprezzaw u onorati! Proset kbira wkoll lill-BNI li verament jissapportjaw ix-xena bil-fatti...ghax dejjem verament idoqqu fil-luanches ta' bands ohra minghajr ma jithallsu, u minghajr interessi ohra. Proset kbira ukoll lil Steve Lombardo ta' production ta' kristu ohra tac-CD ta l-iXtruppaw! U Jeffrey int bniedem kbir!!!!!!!!!!!!!!!!!!

PS Toni, f'gieh l-ostra. Ara x'taghmel u kkonvinci lill-iXtruppaw jikkontestaw ghall-Eurovision. Jekk tinhadem sew, u bil-ghaqal, tista tirrivioluzzjona il-muzika lokali. Mhux bin-nejk.

7 Comments:

Blogger Peklectrick said...

Big time. Il-bierah kienet gurnata storika. U kull min kien hemm, nahseb li jaf li kien xiehda ta xi haga specjali. Jeffrey vera bniedem kbir (mhux mil l-istatura zgur), mimli talenti u jaf juzhom minghajr pretenzjonijiet. Dan pero, ma jnaqqasx il-mertu ta' l-qbija tal-band li ghandhom chemistry bejniethom enormi. Huma hbieb qabel bandmates, u jghixu fuq pjaneta ghalijhom (inkluzi xi nies ohra li mhux fil-band) u grazzi ghalijhom talli qed jdewquna il-hajja f'din il-pjaneta. Proset guys.

3:06 PM

 
Blogger Michael Briguglio said...

Il-punt ta' Peklectrik li "huma hbieb qabel bandmates" hu tassew importanti. Qishom ghandhom subkonxju muzikali / artistiku simili hafna ghal ta' xulxin.

Ftit snin ilu konna nsaqsu, 'meta ser nergghu naraw il-Victims of Creation?' U mhux talli rgajna rajnihom, talli zviluppaw fl-iXtruppaw (bl-addizzjoni ta' Noel, li ilu fil-klikka ghal zmien twil ukoll).. verament ahwa!

7:48 PM

 
Anonymous x-Xahx said...

Amen Fre!! Mhux se noghqod nirrepeti imma l-bierah kienet Il-Gig tas-Sena (s'issa) u kullhadd ha buzz jissabbat. BNI tal-genn bhas-soltu, Dripht gennewni u Xtruppaw ... bla kliem. Hrigt minn hemm bic-CD u l-flokk f'idi ta' L-iXtruppaw, xofti maqsuma mill-pit imma u widnejja jisimaw inqas imma kienet xhieda tal-buzz li jigi mal-musika Maltija u nies li jmorru mahha.
Prosit Jeff, Marv, Noel, Rex u d-Dino li l-bierah hallewna "high" wara l-performance.

PS. Prosit lil Steve!!Dak c-CD masterjat ta' l-ostra

10:00 PM

 
Blogger Il-Fre said...

ara c-Ciz ostja!!!!

xofftok ok?

8:58 AM

 
Blogger Tuxka said...

Jien veru iddispjaċini li kont busy u ma stajtx nattendi l-gig ta' l-ixtruppaw. Anżi sibt ruħ u xtratli is-Cd ta' l-iXtruppaw.

Jien nispera li nkomplu naraw iktar bands Maltin bil-bajd u jkollhom aktar support u qaddisin li jmexxuhom l-quddiem - bħal dawk tal-'Eurovision'!

12:09 PM

 
Blogger mistoqsija said...

"Ghax ejja nghiduha kif inhi. L-iXtruppaw u ahna l-"imgandrin" u tal-"Generazzjoni tal-Meqrudin" ma nhubbux lil Malta inqas minn kemm ihobuha tal-Viva Malta u Norman Lowell. M'ahniex tradituri kif ihobbu jghidu. Imma nsomma, ejja ma ndawwrux is-suggett."

Ghax Fre, meta tassew thobb lil xi hadd, tghidlu meta jkollu l-frak fuq il-qmis.. le? And what a lovely way to say it! :)

4:48 PM

 
Anonymous Anonymous said...

Enjoyed a lot! »

9:54 PM

 

Post a Comment

<< Home