Rifflessjonijiet
Ilni ma nitfa' post tradizzjonali ta x'ghaddej minn hajti bhal issa. Mhux ghax nahseb li jinteressakom fil-verita' imma xorta niehu buzz naghti lil blogg forma ta' Diary. Qed inhossni daqsxejn imcaqqam bhal issa, u nispera li mhux rega' gej xi rih iehor. Qed nikteb dil-bloggata b'certu hints ta' feelings ta' dellirju, qisu mohhi qed jifflowtja... .
Issa x-xoghol bdejt nidra' sew. Trid u ma tridx, ikollok tibda tidra'. Mario u Oliver zewg min-nies ta' l-ostja u gurnata xoghol mis s-sebgha u nofs sal-hamsa b'xi mod tghaddi. Imma ir-rutina...ir-rutina, x'ghamlitli. Qatt ma hmilta ir-rutina. Kif nibda nhossni li qed inhossni komdu x'imkien nibda' nahseb u nara x'naghmel biex nbiddel u b'hekk nerga' nigi fis-sitwazzjoni li kont qabel: SKUMDITA'. Kate ma tantx ghamlitli s-sitwazzjoni ahjar milli kienet, ghax issa fl-ahhar ta' Lulju terga' ttir lejn l-Amerka biex tkompli tistudja l-Lingwistika, u frankament, kif se jkun qed inhossni dak iz-zmien lanqas biss irrid nazzarda nahseb. Kultant nerga' nikkonvinci lili nnifsi li ghamilt oxxata li hallejt lili nnfsi ncedi ghall-kif kont qed inhossni dak iz-zmien li bdejna nsiru nafu l-xulxin. Minn naha l-ohra, jigru affarijiet bhal per ezempju naqra xi bloggata ta' Patrick fuq l-iskop tal-hajja, u l-importanza taghha u n-nies f'hajjitna, u nerga' nibda nahseb li mhux talli ma jiddispjaciniex, imma talli nhossni kburi mieghi innifsi li gejt alazobbi minn hsibijiet zejda u ma bzajtx nagixxi kif hassejtni dak il-hin f'dak it-tali mument. Imma nsomma bhal issa ma tantx ghandi aptit nahseb fuq dawn l-affarijiet. Li kieku jkollu jigri xi haga biex ibiddel il-kors ta' hajti dejjem tigri b'mod f'daqqa, fis-sahna tal-mument, u mhux wara hafna hsibijiet li imbghad appuntu qatt ma jimmaterjalizzaw.
Imma issa la qieghdin fiha nistghu nigu ghaliha. Kemm hi stramba il-hajja, eh? Tlaqqak ma' nies jew cirkostanzi li minghajr ma taf ibiddlulek il-kors ta' hajtek minn lejl ghan-nar, jew forsi fi zmien qasir hafna. Imma vera ma tkunx taf? Jew tkun taf, imma tibda' titfaghha lura gol-menti ta' mohhok biex ma thossokx guilty li qed tinbidel? U wara kollox x'fiha daqstant hazin li tinbidel? Irridu u ma rridux qed ninbidlu l-hin kollu. Il-problema hi li certu bidliet isiru tant f'daqqa. In-nies li tihhengja maghhom, it-tastes muzikali, kif iggib ruhek, kif tilbes, il-fatt li spiccat il-hajja ta' student (fis-sens tradizzjonali tal-kelma) u bdiet il-hajja ta' bniedem li jahdem full time etc, etc etc. Dawn kollha bidliet li kultant jigu f'daqqa u wara ftit zmien ihalluk iccassat, thares lura, u tistaqsi lilek innifsek "Jien x'izzob qed naghmel?"
Dil-gimgha ltqajt ma' Marvin Formosa, ex-lecturer tieghi (Socjologija), u kif kien weghdni, ghaddieli l-LP tat-Toy Dolls ghax qal li kellu dupplikat. Cool ustja. Mhiniex xi fan kbir kbir tat-Toy Dolls, ghalkemm joghgbuni hafna (ghamilt habta nisma' lilhom biss). Imma kif bdejna nghidu dejjem sabih li jkollok l-LP ta' xi grupp jew artist li b'xi mod ifisser xi haga ghalik. Cert li kif se nghid lill-Kuzza bih, se jiggennen. Ma kontx naf li Marvin dilettant tal-muzika alternattiva/rock/indie/punk/sejhilha li trid. Imma domna nitkellmu mhux hazin, u li kieku ma kienx sar il-hin biex nerga' nitla' fl-ufficju wara l-break ma kontx niddejjaq nibqa' hemm. Anzi. Ghaddieli wkoll xi CD's li bhal issa qed niffamiljarizza ruhi maghhom.
Il-bierah waslu id-Dino u l-Pini minn Thailand.
Ghadni ma ltqajtx maghhom. Imma cert li ghaddewha, u ghaddewa sew. Heh, nimmagina li vera difficli tqatta' xahar u nofs go pajjiz bhal Thailand, tiggerra' l-hemm u l-hawn bla pjanijiet ta' xejn, imbaghad wara li jghaddi dak iz-zmien terga' issib ruhek go dit-toqba ta' pajjiz fejn l-ahbarijiet taghna isiru l-ahbarijiet tad-dinja, imma l-ahbarijiet tad-dinja qatt ma jsiru taghna. Issa kont qed nitkellem ftit mal-Pini fuq l-MSN u qalli li ghandu depression ta' l-ostja. Jekk sa Dicembru ta' din is-sena ma jirnexxilux jiftah dak il-bar li tant ilu johlom bih, behsiebu jerga' jmur fuq vjagg spiritwali iehor, idur go Thailand u dawk il-pajjizi vicin. Serrahtli mohhi, Pin...Mignun ghadek, u mintix se tissetilja.Qed nisma': Franco Battiato - Centro di Gravita' Permanente

3 Comments:
... che non mi faccia mai cambiare idea sulle cose, sulla gente,
...avrei bisogno di...
...over and over again...
Grande Battiato!!!
10:10 PM
dit-toqba ta' pajjiz fejn l-ahbarijiet taghna isiru l-ahbarijiet tad-dinja, imma l-ahbarijiet tad-dinja qatt ma jsiru taghna
KBIRA DIN. Ogbitni ferm. Proset.
7:19 AM
aw fre...ilna ma niltaqaw sieheb, killex sew?
qed titkellem fuq bidla - hu minni, gurnata xol, naqqast il-hrug, naqqast l-alcohol, inbdilt bhala dehra, sipost immaturajt...ghalkemm is-sisien tal-midneb l-antik hemm ghadhom
hu hsieb, u nispera li narak man...
4:25 PM
Post a Comment
<< Home