Il-Blog tal-Fre

Friday, March 24, 2006

Sex, Drugs and Punk Rock!

"Everybody smash up your seats, and rock to this brand new beat,
This here music mash up the nation,
This here music cause a sensation!" -

Illum ha nibbloggja fuq suggett klixe` allostra. TRIBUTE. Fuq l-istil tal-muzika favorit tieghi: il-Punk. Xtaqt nitkellem fuq din il-haga ghax inhoss li ghalija din it-tip ta' muzika kienet importanti f'hajti ghax baqghet mieghi sa issa, u nahseb se tibqa' mieghi anki jekk ma nibqax nismaghha. Mhux giet u marret, imma tghallimt xi haga minnha. Biddlitni, jew hallejtha tbiddilni, u allura tibqa' mieghi.

Ma nafx x'kienet ir-raguni essacc li l-punk halla daqsekk effett fuqi. Shabi kienu kollha mhedijien jisimghu l-Iron Maiden u l-Metallica dak iz-zmien (dawk li kienu jhobbu r-rock...jigiefiri ftit). U ghalkemm ghamilt hafna efforts biex nismaghhom u nassocja ruhi maghhom, qatt fil-verita' ma rnexxieli...ghalkemm ikolli nammetti, xi t-shirt tal-Iron Maiden ghad hemm jigri gol kexxun, u xi darba ghad nohrog liebes lilu b'vendetta...) Il-hoss tas-Sex Pistols u l-Clash minn naha l-ohra kien skandalizzani, affaxxinani u hallini b'mistoqsija tal-ostja go rasi: "Daw x'izzob ikunu dal-qatta mgienen???" Kemm minhabba l-accent, il-vjolenza, l-image, u l-kitarri jghajjtu go widnejk.

Haga ohra li tinkazzani hi meta jghidulek "Ghax il-punk ma tridx talent muzikali, titghallem 3 kordi, u lest biex iddoq". Vera. Imma hemm 2 punti dwar dil-haga:
1) THAT's THE WHOLE FUCKING POINT! Il-punt huwa li tibda ddoq ftit wara li titghallem taghmel l-ewwel 2 kordi.
2) Mhux vera li huwa daqsekk facli li ddoqq il-punk daqs kemm jghidu li huwa facli. Fl-opinjoni tieghi biex tikteb diska tajba strutturata ta' 2 minuti u nofs, hija izjed difficli milli tikteb diska ta nofs siegha, b hafna time signatures u riffijiet u solos apokalittici li ma jispiccaw qatt. Hafna hafna izjed difficli. Imma din hija kwistjoni ta' teknika muzikali u ma xtaqtx noqghod nitkellem fuq dil haga f'dil post.

Kif kont qed nghid, ghalija il-punk huwa tip ta' muzika li tista tapplikah ghall-hajtek ta' kuljum. Mhux smajt id-diska, ghogbitek, bkejt, dhakt, hadt buzz, u daqsekk. Imma bqajt tghixha. Taf li mintix wahdek f'sitwazzjonijiet taz-zobb tal-hajja ta' kuljum, ghax taf li Johhny Rotten jew Joe Strummer, jew Tim Artmstrong seta' facilment hassu bhalek xi darba. Mhux qieghdin hemm fuq, mal-Madonna u l-Bambin, imma bhalek jiggieldu mal-hajja ta' kuljum. U ghalhekk ma thossokx wahdek, u thoss il-muzika ittik sens ta empowerment qawwi. Thossok GGANT!

Qed nisma: Operation Ivy - Sound System

10 Comments:

Blogger Guze' Stagno said...

Qbilt mieghek 100% sakemm zeffint fin-nofs lil Strummer u Armstrong.

Mill-bqija, long live punk (ghax ahna ma nahsbux li ahna iktar intelligenti milli fil-fatt ahna...)

1:11 PM

 
Blogger mistoqsija said...

Kbira din il-bloggata!! Qabbadtni l-aptit ;)

4:02 PM

 
Blogger Peklectrick said...

Jien ha nkun kritiku. Il-fatt li l-punk halla impatt fuqek ma jfissirx li l-punk hu partikolari. Jfisser li l-punk kien partikolari ghalik. Ibqa cert li r-rockers jghixu r-rock daqs kemm int tghix il-punk u dan il-feeling li gibt inti mil-punk haddiehor jsibu xi mkien iehor.

7:39 AM

 
Blogger Il-Fre said...

bla ebda dubbbbbbbju.


guz, ghala x hemm hazin fi strummer u armstrong? ma tridx tghid li ma hallewx effett fuq hafna nies fil mod li tkellimt bih jien eh?

8:24 AM

 
Blogger Mark Vella said...

http://www.bbc.co.uk/6music/events/prettyancient/

12:50 PM

 
Blogger Il-Fre said...

"Ibqa cert li r-rockers jghixu r-rock daqs kemm int tghix il-punk u dan il-feeling li gibt inti mil-punk haddiehor jsibu xi mkien iehor. "

imma ma tistax tichad li il punk izjed "down to earth" mill metal per ezempju...kemm kif iddoqqu...hafna iktar straight forward u in your face, u kemm lirikament

5:02 PM

 
Blogger Peklectrick said...

Imma dak ghandu valur ghax int tivvaluta l-idea ta 'down to earth'...Il-bicca suggettiva kompletament.

7:10 AM

 
Anonymous Marvin said...

Nothing personal Fre. Just my two cents. After all, we are colleagues.

But when one reflects which excerpt formulates best the idea of 'punk' and writes a tribute whose function is to elevate punk above other music genres what one is actually (even if unconsciously) injecting into the punk subculture higher doses of symbolic capital. Your celebration of punk can be interpreted as a push for social distinction. And there is, I am afraid, nothing 'down-to-earth' in distinction.
Cheers
Maybe we bump in the corridor one day.
And Como Estas is great. GREAT.

10:48 AM

 
Blogger Il-Fre said...

hi marvin,

yes, in sociological terms you are most probably correct. it's a way of distinction, but still i can't see what's not "down to earth" with that. i mean, i think we are all the time (maybe unconsciosly) trying to be distinctive from the rest, whether be it the way we dress, or the way we behave. some try to gain this capital, by striving to be better than his colleauge at work, or by imposing his wishes on others, or by trying to impress others or whatever. i prefer being punk rock than all of these :)

but i can understand and sympathise with your arguments as well, at the same time.

cheers for comments on como estas :) frankly, we didnt expect so much positive feedback.

and if you re the same marvin im thinking of (formosa?) , you used to lecture me 3 years (?) ago :)

12:58 PM

 
Blogger Limerikku said...

Naqbel mieghek 100% dwar l-empowerment li thoss bil-pumk. Sfortunatament Joe Strummer kien halliena ftit ilu. Revolution rock tal-Clash li ktibt silta minna gol blogg narahha narahha iktar stil reggae imma tajba hafna. Tal Clash jogbuni hafna Brand new cadillac, London calling u Rock the Kesbah. Tajd kienet easy jikkonvincu lil-Strummer biex jaghmlu should I stay or should I go friklam tal jeans li kien jidher xi snin ilu fuq it-tv?

10:30 PM

 

Post a Comment

<< Home