Left jew Right?
Ma nafx qattx gieli hsibtuha. Dan l-ahhar ilha tberren f'mohhi imma. Gieli innutajtu li ironikament, dawn il hafna ghaqdiet godda tal-lemin, fosthom Imperium Europa, tal-Viva Malta, u skoss ghaqdiet bhalhom li kollha huma offshoots ta' l-istess erbgha minn nies (simili ghal hafna ghaqdiet tax-xellug igifeiri...mhux qed nitkaza), rari ghamlu jew jaghmlu xi haga biex jenriccjaw (to enrich) il-kultura Maltija. Ghax let's face it, easy naghmlu kapital mill-problema tal-immigranti f'pajjizna billi ngibu erba' rittratti ta suwed qed jipprotestaw fuq l-ikel li nitmawhom fid-detention centres. Easy hafna li nilghabu bl-emozzjonijiet u ma nfittxux naqra izjed fil-fond.
Liem huma l-ghaqdiet li jippromwovu il-kultura fis-sens miftuh tal-kelma? Liema huma? Inizjamed, Fondazzjoni Wirt Artna, Moviment Graffitti, Nature Trust, Friends of the Earth etc etc. huma ftit minnhom. U b'xi mod jew iehor, kollha tista' tqis illi huma xellugin. Ftit huma forsi izjed minn ohrajn. Imma essenzjalment huma dawn l-NGO's li qed jippuxxjaw biex izommu l-kultura Maltija. Inizjamed dejjem ghaddejja bil-pubblikazzjonijiet u workshops li jippromwovu l-kultura lokali, il-Graffitti kemm il-darba ghamlu Lejliet Tradizzjonali Maltin flimkien mal-Palestinjani li kienu jinvolvu ikel tradizzjonalment Malti (kif ukoll ikel Palestinjan). Il-Friends of the Earth u ghaqdiet ambjentali ohra dejjem jahdmu biex l-ahhar erba ghelieqi li fadal ma nahxuwhomx f'sormhom.
Anki meta nigu ghall-muzika underground. Bands u artisti li tista' tqishom li huma xellugin dejjem kienu minn ta' quddiem biex jinvolvu ruhhom. U qatt ma bezghu ikantaw bil-Malti. U qatt ma bezghu jitkellmu fuq affarijiet li jniggzu, hafna minnhom relatati mal-kultura Maltija. Jiguni f'mohhi in-Norm Rejection, il-Bahri u Walter Micallef.
Meta nigu ghall-kitba, l-istess...jiguni f'mohhi kittieba bhal Immanuel u Adrian Grima li kulhadd jaf fuq liem suggetti jitkellmu.
U l-ghaqdiet leminin li tant jhambqu fuq il-konservazzjoni tal-kultura...dawk fejnhom fil-glieda biex jikkonservaw il-kultura? Qed ifittxu l-ghonnella? Fejn izzobb qieghdin? Billi igibu erba' updates ta' x'qed jaghmlu l-attivisti fid-detention centres, jahsbu li qed isalvaw lir-razza? Lill-kultura lokali? Fejn qieghdin fil-glieda biex insalvaw l-ahhar erba ghelieqi li fadal? Imbasta nhambqu fuq il-plutocrats!!!
U hallunha guz!!!!!!!
Ok, forsi ghandhom lil Stagno li gieli jitfa' erba battuti 'tajbin' kontra s-suwed, imma barra minn hekk x ghandhom?? .....
..... Ara kont qed niccajta Guz, f'gieh l-ustja.
London Calling
Ghada filghodu ghall-Londra. Ghandi feeling li gej xebgha buzz. Il-Hamis ha naraw lill-Buzzcocks live gewwa l-Astoria. Tal-ALLA!!!! Ryan xtralna it-tickets. Mill-bqija naf li gejja gimgha kollha tahwid u unpredictabilities. Naf kif inhu Ryan. Dak it-tip tal-films hekk.
Imbghad l-Erbgha ta' wara naffacja desk kollu orders u invoices. Fuq ix-xoghol. Imma fuq dawk ingerger meta' nsibhom ma' wicci.

7 Comments:
Imbaghad l-erbgha ta wara isma Janie Jones u tigi f'sensik...
7:33 AM
Liem huma l-ghaqdiet li jippromwovu il-kultura fis-sens miftuh tal-kelma?
Moviment Graffitti.
LOL!
9:28 AM
Hey Anonymous Pisshead,
Graffitti have consistantly oppossed the McDonaldization process. If that is not protection of culture I don't know what is.
And just to let your uninformed ass in on a non-state secret:
Graffitti have supported local bands and given them a space to perform on a wide number of occassions and activities.
They have been involved in other cultural and artistic mediums like plays, poetry nights, art activities, the protection of cultural heritage.
So if you are unaware of the above your "LOL" says more about your ridiculous ol' self then about Graffitti and culture. Either that or you meant Loser On-Line...
In peace.
9:03 AM
Prosit Patrick. Safejn naf jien, il-Graffiti hi l-unika assoċjazzjoni Maltija li tipprotesta pubblikament meta jiġu l-vapuri tal-gwerer ta' l-OTAN il-Port il-Kbir. Imbasta Malta newtrali!
4:19 PM
Tal-Lemin m'għandhomx ħafna, imma għandhom biżżejjed biex litteralment ġrew b'kulħadd.
Aħjar tistaqsi x'qegħdin nagħmlu aħna tax-xellug biex nibbilanċjaw naqra dan id-dibattitu dwar l-imigrazzjoni. Sewwa jgħidulna: "potheads."
1:34 AM
L-unika problema hawnhekk hi li ghandek zewg movimenti li qeghdin juzaw l-istess kelma "kultura" u jifhmu affarijiet differenti. Bla dubju, id-drammi, il-muzika u l-bqija jaqghu taht id-definizzjoni ta' kultura. Li torganizza ikliet inter-kulturali (veru, fi plattijiet u tazzi tal-plastik u bil-CocaCola, imma dik insieha) hija kultura wkoll. Ma nahsibx li l-Lemin, jew specifikament jien personali forsi, jara xi haga hazina f'xi haga minn dawn. Meta mort l-ahhar avveniment li organizzaw il-Fakulta tal-Antropologija b'ikel mill-Afrika u l-Medjorjent, iltqajt ma' xi erba' leminin ukoll (iva gew fuqi qishom japologgizzaw li kienu hemm, imma insomma).
Mill-banda l-ohra, l-Lemin qieghed jitkellem fuq kultura f'sens iktar fundamentali, mhux fuq artists' culture (li ma fiha xejn hazin... anzi) izda fuq il-kultura shiha u organika ta' poplu - il-mod kif jahseb u jagixxi. Li topponi l-McDonaldization process huwa tajjeb hafna, imma fl-istess hin li tkun favur il-multikulturalizmu mhuwiex daqstant differenti u minnu nnifsu jahdem FAVUR dan il-process ta' simplifikazzjoni u banalizazzjoni ta' kulturi. Meta tghid li int kontra dan il-process imma favur il-multikulturalizmu tkun qisek qieghed tghid dal-platt ikel irrid nieklu llum u rrid inzommu ghal ghada wkoll. Il-process ta' McDonaldization ma jezistix minghajr il-multikulturalizmu (ghax kieku perezempju jaghlaq l-ghada l-McDonalds, jaqq) u l-multikulturalizmu ma jezistix minghajr process ta' McDonaldization.
6:41 AM
Barra minn hekk, jekk m'inix sejjer zball xi nies li jahdmu f'Fondazzjoni Wirt Artna, li la hija xellugija u la leminija (ma nafx kif iddecidejt li hija "b'xi mod jew iehor" xellugija), huma wkoll parti mill-ANR.
Diga qed narak tigri biex tnehhi l-kollegament...
6:50 AM
Post a Comment
<< Home