L-Istrajk tal-linja u Toni Sant
Kemm jien sfurtunat ostra. Kont sejjer sal-launching tal-ktieb il-gdid tal-poeziji ta' Adrian Grima jismu "Rakkmu" u hawn dan l-ostra strike tal-linja. Issa skoprejt li hawn xi emergency routes, imma l-ahhar wahda hi tas-sitta. Insomma, b'xi mod ha nipprova nasal il-belt, forsi niddobba lift max-xih, imbghad kif nigi lura, ma nafx. Xi lift nipprova nsib. Nixtieq immur ukoll ghax xtaqt niltaqgha ma' Toni Sant, ghax qal li ried ikellimni. Avolja ma nafx kif ha jasal hemm hu wkoll, ghax kif qalli hu fuq it-telephone, ma jsuqx l-anqas, u skond hu jien "bniedem kbir" ghax m'ghandix karozza". Sehithom ostra lil tal-linja. hehe.
Nhar it-Tnejn li ghadda iltqajt ma' Toni Sant fl-Universita'. U issa, bhal Patrick, behsiebni nibbloggja fuq dawk il-hames minuti li ghamilt inkellmu. Toni baghtli e-mail wara li kont irreferejtu ghad-diska tal-I Skandal, Como Estas biex idahhalha f'xi poddata minn tieghu. Qalli li ried jiltaqgha mieghi wara xi wahda mill-lectures li kien se jaghti fl-Universita' meta jkun Malta. Jien kif rajt l-e-mail, ta' bniedem naive li jien, ma tantx habbilt rasi fuq xiex ried ikellimni. Imma meta wasal il-hin, bhal donnu indunajt u xeghelet bozza "Dan ghalfejn izzob irid jiltaqgha mieghi?".
Insomma bhas-soltu iltqajt ma' Patrick fil-break u mal-mara, u rhejnilha lejn il-Gateway. Biex tkunu tafu ezatt x'gara kull ma tridu taghmlu hu li tidhlu f'din il-link. Patrick jaf jispjega iktar minni. Lili, dan Toni impressjonani mhux ftit. Hyper ghall-ostra tieghu. Kien qisu xi karattru minn xi film. U l-mod kif ihares f'ghajnejk...ma rridx ninstema melodrammatiku jew poetiku, imma kif qalet Kate: "he reads into your soul". Insomma f'dawk il-hames minuti ma ghidna xejn, u ghidna minn kollox. Qalli li xtaq ikellimni fuq xi progett. Kieku progetti u pjanijiet ghandi, il-problema hi nibdihom u li ma niqafx wara l-ewwel pass, Ton. Weghdni li jkellimni fid-dettal fuqha, darb' ohra.
Kif wasalt l-ufficju wara l-break komplejt nghaddi l-orders. Wara xi nofs siegha idoqq it-telefon.
- "Good afternoon estimates..."
- "Aw Fre!!!!, jien Toni!"
..........
Qed nisma: The Skatallites - Don Drummond

2 Comments:
eh, "bniedem kbir" jien wkoll mela...hehe
9:00 AM
Nous rencontrons souvent dans le domaine de la nutrition La production de NONInutrition exempte de pesticides � lieu dans une partie privil�gi�e de l'�le de Tahiti, sur les hauteurs o� le Noni nutritionse cultive en abondance et donne toute sa force et toute la vigueur d'un fruit sauvage. Le jus, ensuite d�shydrat� et lyophilis� pour une consommation plus facile et tout aussi saine, est effectu� par pression � froid.
11:43 PM
Post a Comment
<< Home