Home Sweet Home?
Il-gimgha ta' buzz go Londra ghaddiet ukoll. U kienet gimgha ta' buzz ha nghidlek, ghax gara minn kollox fiha. Sfortunatament Ryan ma lehaqx xtralna it-tickets ghall-Buzzcocks u ghalekk kien sold-out. Imma minflok morna go pub iktar zghir b'skoss bands punk u folk idoqqu. Kien bar interessanti. Kwazi nippreferi kuncerti hekk ha nghidlek, ghax thossok izjed at home. Tibda tiehu pjacir tixrob il-birra (expensive m'ghola alla), u ssir koko' ftit ftit, titkellem man-nies, taqbez mal-music etc. etc.
Il-post fejn joqghod Ryan gewwa Clapham Common, zghir daqs toqba.
Hemmhekk il-kera gholja m'ghola Alla u ma nafx kemm ihallsu kera' fil-gimgha. Imma hemm ghadhom imnejjkin. Ryan, Julian u Malcolm u kull min jinzerta qrib dawk in-nahat, fosthom il-habib antik ta' Nicky, Mikey, mghaffgin f'dik it-toqba imqaddsa. Malajr bdejna nidraw dik il-hajja mghaggla ta' Londra; il-post fejn ma hemmx lejl u nhar u fejn it-toroq qatt ma jistriehu. Babylon at its best. Allostja. Anomie tal-ostra. L--underground dejjem mifqughha bin-nies. Hemmhekk post fejn litteralment thossok numru. Numru fost miljuni ta' nies. Tlajt Londra kemm il-darba imma did-darba laqtitni izjed dil-haga.Ovvjament ma hemmx ghalfejn nidhol f'hafna dettalji. Go Londra, konna party animals, u konna party animals hniezer. Ghaddejna minn hafna avventuri fosthom wahda li kienet tinvolvi lili u lil Ryan nigru go trolley li sibna jigri f' nofs ta' triq. Sakemm il-pulizija kellhom jintervjenu. Ma' Ryan dejjem hekk. Dejjem b'xi storja. Dak il-bniedem qatt ma jikber. Imma fis-sens it-tajjeb. Forsi naqra biased, ghax ilna hbieb kbar jien u hu. Forsi min ma jafux jarah infantili (u sa certu punt ghandu ragun...). Jien nahseb li Ryan qatt ma ried jikber fil-verita'. U kuntent hafna bis-sitwazzjoni. Jekk mhux proud ukoll...
Grejna ma' Londra kollha u l-underground tghallimniha bl-amment. Ha nkun straight. Ma tantx konna turisti ideali. 1: ghax hafna mill-affarijiet li hemm x'tara ga konna rajnihom kollha zmien ilu; 2: l-iskop tal-holiday kienet li nghaddi siegha buzz ma' Ryan.
Ma tantx ghandi aptit nirrakkonta x'gara u ma garax. Nahseb graw wisq affarijiet biex noqghod niddeskrivi kollox. Imma hawn taht ha nhalli balla rittratti halli toqghodu tissindikaw.



Lura x-Xoghol
Il-hajja tkompli miexja Guz. Wasalt ix-xoghol u sibt desk sbejjah b'pataffjun karti jistennieni. Bomba xbin. Ma niddejjaqx nahdem. Lanqas xejn. Iddejjaqt imma nisma' xi botta helwa l-hemm u l'hawn minn ghand dawk li hajjithom jedewha f'hekk. Dawk li jahsbu li kulhadd bhalhom ie: m'ghandhom xejn f'hajjtihom ghajr li jhedew fix-xoghol u jhossuhom kburin quddiem il-boss. Ghax dak ghandu l-power. Dawk li fil-hajja ma jsibux izjed x'jaghmlu hlief li jiehdu pjacir bid-deni ta' haddiehor. Dawk li jhobbu jerfghu salib haddiehor....bhal li kieku il-leave mhux tieghi, u niehdu meta rrid jien. Bhal li kieku jekk ma naghmilx xogholi dil-gimgha ha jghamiluli haddiehor minfloki. Imma kif jghidli Mario l-kollega: "Int ghadek ma taf xejn siehbi! Kemm ghad trid tiltaqa' ma nies liba fuq ix-xoghol!"





0 Comments:
Post a Comment
<< Home