Il-Blog tal-Fre

Tuesday, February 21, 2006

Jghajjtu x-Xjuh, u Jghajjtu t-Tfal

Como Estas #2

Hadt buzz illi d-diska "Como Estas" intghogbot mhux hazin, kemm mill-bloggejja l-ohra kif ukoll mill-membri tal-forum ta' Scaremongering. Toni Sant behsiebu jdoqqha wkoll fuq il-podcast tieghu...tal-ostja!! Bqajt skantat ukoll kemm jidhlu nies fuq il-bloggs. Dahal siehbi li kien student mieghi fis-sekondarja u halla messagg. Kif skopra l-blogg, ma nafx...


Il-Karnival tan-Nadur

Il-weekend li gej tilghin san-Nadur ghall-karnival. Milli jidher tilghin xebgha Maltin. Ilna nitilghu ghall-karnival t'hemm ghal da l-ahhar sitt snin. Ghamilna hafna praspar kemm ilna nitilghu hemm. L-aktar wahda cara li niftakar kienet meta konna nizlin wahda mit-toroq dojoq tan-Nadur, go dik il-folla tan nies kulhadd jghaffeg fuq xulxin, maskarati u kulhadd hara mejjet. Kien hemm skoss maskarati Ghawdxin li sabu xi karozzi mfarrkin u ghamluhom qishom karrijiet. Jisprejjaw fuqhom u kulhadd jisfen fuqhom, waqt li jkaxkru il-karozza fit-triq. Insomma wahda mill-karozzi illokjalha l-isteering u allura ma setghux ikomplu jmexxuha fit-triq. Niftakar f'dik id-daghdiha li konna fiha morna nduru mal-karozza (konna xi 15 il-ruh tal-klikka) u bdejna nqandlu l-karozza u ndawruha...nnizluha bicca triq ohra, u kif taqbad terga' ddur nergghu..."one...TWO...THREEEE" u nqandlu u ndawwru, u nergghu innizluha bicca. Sakemm wassalna din l-ostra karozza quddiem palk li fuqu kien hemm xi erba muzicisti xjuh idoqqu l-blues. Niftkar kien hemm skoss familji bit-tfal, iccassati iharsu lejna, u l-pulizija li kien hemm qas kienu jaf x' ha jaqbdu jaghmlu. Xi tnejn minnha bdew icaqalqu lin-nies u jressquhom mal-bankina.

Insomma l-bqija ergajna dorna mal-karozza u bdejna nippruvaw naqilbuha rasha l-isfel... (dan kollu f'nofs it-triq, ezattament quddiem il-palk) "one....twoooo.....THREEEE"....u wara xi erba attentati, intuha skoss b'sahhtu iehor, sakemm fl-ahhar irnexxielna naqilbuha....beda' jtir skoss hadid minn gol-karozza nofsha mfarrka, u ahna ncacpcpu u nghajtu f'dadigha ta' buzz esagerat. "Boqqa nbid ohra fuq din!!!" Il-band regghet qabdet iddoq, wara li gew ftit f'sensihom, u ahna tlajna fuq il-karozza maqluba u bdejna nisfnu fuq is-see saw spontanja li konna ghamilna.

Wara dal-panic kollu niftkar li jien, Ryan, il-Bobby u l-Profeta irnexxielna nikkonvincu lil dawn l-erbat ixjuh li bdew idoqqu biex ituna l-istrumenti, u tlajna indoqqu "God Save The Queen" tas-Sex Pistols (l-uniku diska li konna "nafuha" kollha kemm ahna....) Qatt ma ninsa l-espressjoni fuq wicc dawk is-skoss familji quddiem il-palk, u dik l-escort maqluba quddiemna, b'xebgha nies f'sakra papali jisfnu fuqha...


L-immigranti

Fuq it-Times kien hemm li regghet saret protesta ohra minn naha tal-immigranti fid-detention centres. Ma nafx kif il-gvern ghadu ma ndunax illi l-policy tad-detention mhijiex tahdem. Kemm ha jdumu jistennew dawn? Minghajr ma jafu x'se jigri minnhom? Ma jafu xejn ta. Nothing to look forward to. X'jibqa' skop f'li tghix? Kif tista' ma tiggenninx? M'ghadniex inqisuhom ta' bnedmin. Bicca news fuq il-gazzetta dwarhom tghaddi ma' l-ohrajn, filwaqt li noqghodu niflu l-pagni tal-classified biex naraw il-prezzijiet tal-propjeta. Something is definitely wrong. Donna insejna li dawn huma bnedmin bhalna...

Qed nisma: The Beach Boys - Good Vibrations .... minn CD li gab Mario l-kollega jismu "Sound of the Sixtees"

3 Comments:

Blogger gybexi said...

malajr insibu xi karozza la ninzlu din is-sena fre. niezel mario wkoll (issa nsaqsuh fejn ipparkja hehe).

hekk jew hekk kemm ili nghix dawn in-nahat sirt espert f'x'hemm bzonn isir biex tinqeleb, titharbat (jew preferibbilment tahraq) karozza tinkwetax..

12:27 PM

 
Anonymous Id-Deffien ta' Malta aka Dr Ciz said...

Aw siehbi l-Fre

Minn dak in-nhar 'il quddiem bdiet tizdied iktar il-prezenza tal-ligi waqt il-karnival fin-nadur. konna lucky li lhaqna dak iz-zmien... bhal ma konna lucky fi zmien Fredu.

Narak siehbi

Dejjem tieghek

Ic-Ciz

2:13 PM

 
Anonymous Anonymous said...

is that il falco i am seeing in the pic ?? madooooo kemm ghadda zmien u baqa l-istess !!

2:37 PM

 

Post a Comment

<< Home