Il-Blog tal-Fre

Monday, February 27, 2006

Il-Karnival tan-Nadur #3

Il-Gimgha

Kien karnival bomba meta tqis il-panic kollu li kien hemm, ix-xita, it-traffic, u l-ammont esagerat ta' nies li telghu minn Malta ghalih. Nicky kien fil-kju minn Sa Maison ghall-habta tat-3pm u ma wasalx in-Nadur qabel il-11.30 ta' bil-lejl. Kien vera kas ta' "B'tal-linja jaqbillek!" Jien u Kate tlajna ic-Cirkewwa b'tal-linja u tlajna ma' l-ewwel vapur li kien imiss, inlegilgu l-inbid u l-birra. Qalulna li kien qed jahdem vapur wiehed minhabba li it-tnejn l-ohra kienu bil-hsara. Ara naqra ta! Mela l-ewwel nizzlu lil kulhadd is-Sa Maison minhabba li it-temp ma halliex il-vapuri jahdmu mic-Cirkewwa. Imbghad regghu tellghu dak il-kju kollu c-Cirkewwa + vapur wiehed jahdem. It-traffic kien jibqa' sejjer sa l-Ghadira...

X'hin wasalna c-Cirkewwa, jien u Kate konna stranded, ma nafux kif sejrin in-Nadur, ma nafux fejn kien il-flat. Ma nafu xejn fil-verita'. Pruvajna 'nihhicjaw' lift imma hadd ma ried itellana. Fl-ahhar waqaf Pawlu li kumbinazzjoni kien sejjer in-Nadur ukoll. Tellghana mieghu u talabna flixkun birra. Wara skoprejna li qdejnih mill-koxxa ghax insejna six-pack CISK fil-karozza. Pawlu ta' l-ostja. Lanqas hu stess ma kien jaf fejn hu l-flat tieghu. Wara hafna giri madwar Ghawdex kollu, u hafna telefonati lic-Ciz u nies ohra, li kienu jinvolvu hafna dagha, ghajjat u affarijiet ohra, Pawlu sab fejn hu l-flat tieghu. Insomma, biex ma ntawwalx, wara hafna dagha wkoll, sibna fejn kien se jkun il-flat taghna....mhux il-boghod minn ta' Pawlu u c-Ciz.

Dak il-lejl spiccajna bqajna l-flat. Konna wisq patata biex nohorgu. Konna jien, Kate, in-Nofxu u l-Pini', u wara waslu Nicky u hija. Spiccajna nilghabu skoss "drinking games" hafna minnhom li ghallmitna dak il-hin Kate. Fosthom kien hemm wahda fejn fiha tpoggi ix-xorb kollu fin-nofs tal-mejda, kulhadd idur madwar il mejda, u l-loghba tinvolvi hafna tisbit ta' l-idejn fuq il-mejda. Hadna buzz qawwi insabbtu, u nixorbu u kulhadd jaghzaq. Dhakna dahka A1. Wara dak kollu il-lejl kien jinvolvi stereo jghajjat u jkanta b'hangra daqs dinja id-diski tal-Led Zeppelin, Clash u Johhny Cash u xi diski Calypso, Rumba u Samba u muzika mill-Karibew li gabet Kate. Ghamilna dance floor ta malajr fil-kcina, bin-Nofxu hara mejjet jiehu hsieb il-lightning (li kien jinvolvi joqghod jixghel u jitfi' d-dawl tal-kamra) Il-hbieb ta' Danica li nzertaw kienu hemm dahlu maghhna u qaghdna nitbellhu gol-kcina qisna qatta mgienen.

Imbaghad intfajt gos-sodda mixhut bla sahha. U ma nafx x'gara izjed. Naf li kont ha mmut bil-ksieh matul il-lejl.

Is-Sibt

Is-Sibt konna preparati li ha nohorgu filghaxija u ma naghmlux l-izball tal-lejl ta' qabel li nsiru patata kmieni wisq. Qomna xi 10am b'hangover tal-ostja. Il-Pini' hareg bl-idea bomba li mmorru nixtru bicca hobz tajba, naqra bacon u 2 bajdiet. Wara balla giri fix-xita, rnexxielna nsibu l-ingredjenti kollha. Nicky ivvoluntiera biex isajjar, u wara li ghamilt xi siegha nitliegheb gos-sodda, hrigt u nsib riha ta' bacon taqsam. Kiltha bil-qalb dik il-hobza ostra...

Ghall-habta tas-sitta bdejna nippreparaw ghal dak il-karnival imqaddes tan-Nadur. L-ohrajn bdew jaraw x'se jilbsu. Jien hassejtni boring wisq u ma ridt nilbes xejn. Kate libset ta' qattusa, u l-Pini' libes ta' Punk, igifeiri ma' libes xejn hahahahahahahaha. Ftahna l-inbid li kien fadal u bdejna nsiru koko' ftit ftit. Nicky qabad kutra u waddabha fuqu. Kien qisu Frodo tal-Lord of the Rings. Kienet idea tajba ghax bdiet niezla x-xita, imma konna determinati li mmorru xorta. Qbadna u hrigna. Kif wasalna hemm l-inbid kien spiccalna, u anki mohhna. Kien hemm hafna affarijiet varji, u kostumi strambi u makabri, kif hinu xieraq. Il-karnival tan-Nadur joghgobni wisq. Ghandu dik l-awra tal-ostja wisq madwaru. Qisu xi haga antika ta' zmien Alla u fl-istess hin vera dark. Hekk tipo tara tifel ta' tmien snin (nahseb...) liebes maskra ta' mara xiha, u l-hwejjeg ukoll, bis-sorra fuq spalltu, u dahru mghawweg. Qisek qed tara mara xiha ghakka, imma nana. Dak it-tip ta mbarazz li biex vera tapprezzah trid tkun hemm, b'xi garra nbid go rasek.

Insomma biex ma ntawwalx, ghamilna lejl shih nigru minn naha ghal ohra, nahbtu gon-nies qishom zombies u ma nafux fejn sejrin. Sakemm fl-ahhar sibna l-Fakawi qed idoqqu fuq stage. In-nies bdew jingabru u ftit hin, inqala' moshpit enormi! Illiba x'buzz!! Kulhadd jaghzaq!! Maskarati minn kull tip, kostumi, nies jaqghu ma' l-art, moppijiet u xkupi, monitors tal-kompjuters, stage dives, birra ttir, astronawti, u skoss reggae li bdew ifaqqghu il-Fakawi kultant. Id-Dino kien f'telfa tal-ostra. Kien mizbla ta' vera. Sar qisu xitan zghir (mhux minhabba l-maskla biss) Beda jimbotta u jaqleb lil kulhadd, jaqbad mal-istage u jaghjjat. Hadd ma seta' jwaqqfu. Kien qisu midget qed jattaka hafna gganti. Qed nghidlek, kien moshpit surreali allostja!

Wasalna l-flat imkissrin u frizati wara li fl-ahhar irnexxielna nsibu fejn. Jien u Kate gietna idea tal-ostra. Bdejna insibu l-fliexken tal-plastic li kien hemm jigru mal-flat u mlejnihom mishun mill-geyzer, imbaghad waddabnihom maghhna gos-sodda, u qed nghidlek, irqadna lejl bomba. Filghodu ma qomniex frizati ghallinqas.

Il-Hadd

Il-Hadd qomna mdamdmin u erhernilha lejn Malta ma' Nicky mal-ewwel. Ma nafx x'gara mat-triq. Kate intefghet fuqi fuq is-seat ta' wara u rqadna raqda papali. Meta wasalt id-dar ergajt irqadt, u naf li qomt bi dwejjaq tal-biza' fuqi...

1 Comments:

Anonymous Id-Deffien ta' Malta aka Dr Ciz said...

Talostra Fre... apparti l-birra, ghal li jista' jkun ma hallejtx xi container b'laham tal-qtates hux fil-karozza ta' Pawlu?!

Povru qattus ghax ittiekel... kif u minn min ma nafux! Li naf hu li l-container mimli hallejnih fuq il-mejda fil-flat. L-ghada fil-ghodu, xi hadd kielu breakfast. Tghid ghalhekk il-konsum tat-toilet paper ittrippla f'daqqa wahda??!

Dejjem tieghek

Ic-Ciz

2:08 PM

 

Post a Comment

<< Home