Il-Blog tal-Fre

Saturday, February 18, 2006

Grazzi Hafna, u Proset Tal-Programm

Il-bierah kellna gig inkredibbli!

Wiehed minn dawkli nibqa' niftakar u nsemmi. Nies gew hafna izjed minn kemm hsibna (nahseb fuq il mija u sittin...imma mhiniex cert...) Ghallinqas nistghu inhossuna naqra inqas guilty issa, ghax konna ftehemna li jekk jigu izjed nies minn kemm nahsbu naghtu parti mis-somma mill-qliegh lir-Retrophytes (avolja qas ghamlu promotion imgiddma, sa fejn naf jien). Kemm ha ntuwhom ma nafx, u frankament, ma tantx taghmilli differenza.

Il-lejl beda ghal xi l-habta ta' L-10:15pm. Ir-Retrophytes, jidhru li intoghgbu. Ghogobni hafna l-kitarrist u ghal xi raguni beda jfakkarni fir-riffijiet tal-Led Zeppelin. Id-drummer tajjeb ukoll ostja. Il-kant, kif ghidt fil-bloggata ohra...kien kif stennejtu...qerriedi ghall-ostja ala Muse. Imma tajjeb lehnu, u n-noti jilhaqhom u jiccumbhom (sa fejn smajt jien ghallinqas...ghax hafna mill-hin kont mehdi ma' l-entrance tal-bieb bhal Zakkew, nara li kulhadd ihallas il-lira dovuta lil Cesri).

Insomma, imbghad wasalna biex bdejna ahna, u sa dak il-hin in-Naasha kien mimli...jew ghallinqas jien hekk rajtu...Ftahna b'"Acid Fight", u minn hemmekk ma nafx ezattament x'gara. Kull ma naf hu li wara it-tieni diska insib in-naha tieghi tal-palk mgharrqa fil-birra...Apprentament waqghu iz-zewg fliexken tal-birra li zammejt mohbijin wara l-amplifier tal-bass bil qbiz tieghi u ta' Nicky. Kif rajt dik il-mandra tahti, ghalqat ghajnejja u ma haristx lura. "Rock' n' roll, Fre" ghidt f'qalbi.

Niftakar li waqt "Pacifista" (li milli jidher qed issir tintghogob sew min-nies), Nicky sfida lin-nies biex jghollu subghajhom tan-nofs ghal "that motherfucker George W. Bush and his dickheads", u quddiemi nara bahar ta' nies jghajjtu u jghollu subghajhom tan-nofs b'tant entuzjazmu li hsibthom qed jindirizzawh ghalina hehehehe. Jista' jkun li l-affari ma kinitx esagerata daqsekk fir-realta' imma dak il-hin jien hekk rajtha. Jista' jkun l-estasi tal-mument, u jista' jkun il-birra iddur go rasi. Naf li harist lejn Mike u tbissimna lejn xulxin dak il-hin. Imbghad biex tghaxxaq l-Alla, Nicky nizel fil-folla u narah jimxi fuq in-nies...kienu se jwahhluh mas-saqaf! Cool kienet dik il-bicca!! Hekk inkunu rridu ahna fil-gigs, u ghal hemm nahdmu. Li tinholoq atmosfera fejn jigru l-affarijiet. Jekk jigri dak inkunu lhaqna l-iskop primarju.

Hadt buzz li d-diski l-godda bhal "Green Dub" u "The Cash" intghogbu hafna. Qaluli skoss nies fosthom Claire tal-Particle Blue u anke Steve Lombardo, id-drummer tal-R.A.S u ta' skoss bands ohra.

Insomma, ma rridx intawwal. Tistghu taraw izjed rittratti billi tidhlu fuq dawn il-links u taghzlu ir-rittratti:

http://www.naasha.com/en/gallery.php4?flag=on&id=166&pos=1
http://www.naasha.com/en/gallery.php4?flag=on&id=165&pos=1
http://www.naasha.com/en/gallery.php4?flag=on&id=164&pos=1

Grazzi hafna lil Lenny u Micky tan-Naasha u lil kull min gie! Tal-ostja man!!!

7 Comments:

Anonymous Tyrone said...

"(avolja qas ghamlu promotion imgiddma, sa fejn naf jien)"...aw jien sirt naf bil fliers naqa tard, u malli sibthom mort namel a3 posters man wahhaltom l universita, plus edt lil kull min naf biex jigi. insomma all in all il gig kien tal ostja ;). u thanx ta kollox.

2:20 PM

 
Blogger Il-Fre said...

ok ok fair enough. ma kontx naf siehbi. ghalekk zidt il bicca "sa fejn naf jien" :)

2:29 PM

 
Anonymous Tyrone said...

no worries man

3:22 PM

 
Blogger Kenneth said...

Bħala persuna totalment indipendenti miż-żewġ naħat, nista' nikkonferma li rajt il-fliers uni. Il-posters jista' jkun ukoll, imma nsejt.

7:05 PM

 
Blogger Il-Fre said...

jekk huma l istess fliers, naf li waddabt skoss fuq il kaxxa tal insite. u ijja ma hemmx bzonn inkjesta dwar din ta :) ma kontx qed nghid li ir retrophytes huma taz zobb ghax ma ghamlux promotion :) dak huwa l mod li nitkellem bih, ma jfissirx li nkun daqsekk ahrax. jekk lehqu ghamlu xi promotion huma wkoll...tal-ostja!

7:38 PM

 
Blogger Peklectrick said...

U ejja fre, ma gbajtx teqred kontra r-retrophytes ghax ma ghamlux promotion? Eh? Ha toqghod tinheba issa eh?

HAHAHA.

Niccajta. Il-Fre mhux t'hekk...

7:24 AM

 
Blogger Il-Fre said...

ijwa patrick, toqodx tikxifni ostra!!!!!

:) :)

11:24 AM

 

Post a Comment

<< Home