Dreams u d-D
Dreams....

Ghadni kif smajt xi remix version tad-diska "Dreams" tal-Fleetwood Mac fuq il-Bay. Kemm kienet toghgobni. Tefghatni down memory lane u domt naqra ma gejt f'sensija. Fakkritni fiz-zmien tal-Junior College fejn ghal xi raguni jew ohra kont nisma il-Fleetwood Mac flimkien ma bands punk bhal NOFX u r-Rancid u l-Clash. M'ghandhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin. Nahseb jirrifletti it-tahwid, u l-unpredictability li konna nghixu biha f'dak iz-zmien. Unpredictibility galore. L-pjanijiet kienu jinbidlu f'nofs sekonda. Ftakart fiz-zmien tan-Napster, tal-garr ta' l-alkohol u affarijiet ohra illegali fl-iskola, f'kemm il-darba dhalna ghall-lezzjonijiet hara mejta, f'
Esmeralda, Tara, Ryan, Sandro, l-Profeta, l-Bobby u kif konna nifqghu c-cint ta' barra kif tinzel it-tarag tal-Junior College bil-gem marker u l-graffitti tal-A fic cirku jew messaggi u simboli komunisti hamalli bl-ispray li konna naghmlu mal-hitan wara li nixorbu xi zewg kartuniet Lachryma Vitis tal-50c, il-Peacock Bar ta' Paceville maghruf ahjar bhala Fredu l-Fqir u l-istejjer kollha marbutin mieghu. Qatt ma tinsihom stejjer hekk. Rock'n'Roll!!!!!Id-D
Hadt pjacir li it-Times ippublikaw l-ittra tad-D rigward il-Jazz Festival. Miniex xi fan tal-Jazz festival. Mort xi darbtejn, imma dejjem konna izjed interessati li nsiru koko` mejta fuq is-swar u naraw kollox minn fuq milli noqghodu napprezzaw il-Jazz u l-muzicisti. Imbghad ninzlu fil-folla meta l-entrance tkun b'xejn u noqoghdu nisfnu u nibilugh fit-tirma (kif jghid Mario l-kollega) qisna erba' boloh. Naf, naf. Tan-nejk ghall-min ihobb il-Jazz Fest. Imma ma hemmx x'taghmel.
Hadt pjacir ghax naf li f'artiklu minnhom fuq l-iscaremongering forum, id-D qal li ma mhux lest jiehu sehem b'mod politiku biex ibiddel l-affarijiet. Kien inkazzat li il-Jazz Fest se jiehdu f'idejh kumpanija privata li se tibda ggib izjed bands u artisti tal-massa biex taghmel tajjeb ghat-telf li kien jaghmel il-Jazz Fest qabel. Nifhmu u naqbel mieghu, avolja ma tantx ghandi interess fl-affari kollha. Issa fl-ahhar hemm ittra fuq il-gazzetta li forsi taqla diskussjoni. Awereness ta' l-affarijiet li qed jigru. Probabbli xorta ma jigri xejn, u jibqa kollox ghaddej kif inhu, imma ghallinqas kien hemm xi hadd li wera' oppozizzjoni, li semma l-hsieb tieghu. Mela' spazju fuq gazzetta li seta' ittiehed b'ittra ohra li lilu ma tinteressahx.
Mhuwiex hela' ta' hin. Bhal ma qal Emiliano Zapata: "It is better to die on your feet than to live on your knees."

4 Comments:
ma tantx nimmaginah fqir lil fredu qallec
9:54 AM
dik vera.
ma nafx ghala kienu jghidulu Fredu l-fqir. nahseb ghax il-foqra kienu jixtru min ghandu hehehehehe. pinta 50c ostja. u go dawk il flixkien tal-hgieg mill kbar! kemm kienu tal-ostja!. defenitly, l-aqwa "bar" li qatt kien hemm paceville. Ghalija.
minn kollox kien ikun hemm. u kollox fit-triq. Ghalekk tal-ostja.
11:12 AM
Li mlejt spazzju fil gazzetta li kieku kien ikun mohhli vera...inkredibbli kemm ikun fiha imbarazz it-times madunna. Ili nghid li t-times missa tkun A4 wahda u tohrog darba fil-gimgha biss.
Insomma grazzi fre. Mucha appreciated.
3:22 PM
fre
dak iz zmien l ied tghid bta fredu gahd hejrga jigi jekk jerghu jigu n nies. kullhadd al garaxxijeit maaaaan u nerghu nqajmu naqa street life! foxx il jc mimlija snobs hahaha
7:59 PM
Post a Comment
<< Home